Fix-xhur li għaddew is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju imbarkat fuq proġett bl-isem ta’ ‘Creating Communal Spaces’.
Dan il-proġett li huwa kofinazjat mill-fondazzjoni ‘Gal Xlokk’ taħt il-miżura ‘Strengthening a healthy cultural identity’ ser jipprovdi spazju addatat ġewwa l-basement tal-każin tas-soċjetà li ser ikun jista jintuża sabiex inkabbru l-attività vokazzjonali fi ħdan il-membri u s-soċji tagħna.
Dan il-proġett ser ikun jista spazju fejn isiru korsijiet differenti bħal dawk teknoloġiċi u gastronomiċi li huwa żewġ sezzjonijiet li jgħinu lis-soċjetà kemm fil-ġbir ta’ fondi matul is-sena u kif ukoll fir-relazzjoniet pubbliċi b’mod speċjali matul iż-żmien tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju iżda wkoll matul is-sena b’numru ta’ attivitajiet u proġetti li jiġu promossi permezz tal-midja soċjali u l-website.