Fl-okkażjoni tal-Festi tal-Karnival 2024, il-Kumitat Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom, nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar 2024 fis-Seabank Hotel, il-Mellieħa.

Din l-attività ser tkun tikkonsisti minn party, logħob tal-bowling, fost logħob ieħor u kif ukoll ikla ta’ nofsinhar. Ser ikun hemm trasport provdut li jitlaq mill-pjazza tal-Imqabba fid-9:00am.

Bookings isiru billi tikkuntattjawna fuq in-numru 99670517