Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju l-Imqabba tixtieq tħabbar li ser tkun qiegħda terġa ttellgħa Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem ta’ Ecce Mater Tua. Matul din il-wirja ser jiġu esebiti bosta statwi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa bħall-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, l-istatwa tal-Aħħar Ċena, fost oħrajn. Dawn l-istatwi huma xogħol l-iskultur Joseph Cutajar Zahra.

Din il-wirja ser tkun qiegħda tittella’ min nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu sa nhar is-Sibt 30 ta’ Marzu, ġewwa l-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju l-Imqabba bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun Punent u L-Imqabba Local Council..

Dħul huwa mingħajr ħlas u l-wirja hija aċċessibli għal kulħadd!

Ħinijiet tal-ftuħ għal pubbliku;

  • Ħamis 21 ta’ Marzu: Mis-18:00 sad-21:00
  • Jum id-Duluri: Mill-16:00 sad-21:00
  • Sibt 23 ta’ Marzu: Mid-09:00 sa 12:00 u mis-18:00 sad-21:00
  • Ħadd 24 ta’ Marzu: Mid-09:00 sa 12:00
  • Mit-Tnejn 25 sal-Erbgħa 27 ta’ Marzu: Mis-18:00 sad-21:00
  • Ħamis ix-Xirka: Mill-16:00 sad-21:00
  • Ġimgħa l-Kbira: Mid-09:00 sa 12:00 u mis-18:00 sad-21:00
  • Sibt il-Għid: Mid-09:00 sa 12:00

 

Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjawna fuq 7936 1353 jew fuq [email protected].