Il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa Kunċert Mużikali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Għid 2024 bejn il-ħbieb mill-allievi fi ħdan l-iskola tal-mużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju u l-bandisti tal-post, flimkien mat-tfal tal-Lily Juniors taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro Andrew Calleja.

Dan il-Kunċert ser isir nhar Il-Ħadd 7 ta’ April 2024, fis-7:00pm fis-Sala tal-Kunċerti u Konferenzi tal-Każin tas-Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Din is-sena ħa nkunu qegħdin nagħtuh bixra aktar festiva u stennija … Lejn Festa 2024!

Kulħadd huwa mistieden jattendi u d-dħul huwa mingħajr ħlas.