Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qiegħda torganizza Ikla Festiva nhar is-Sibt 27 t’April 2024, fuq il-Bejt tal-Każin tal-Ġilju.  Din hija parti mill-attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju f’Ġunju li ġej!

Għal din l-ikla ser ikun servut varjetà t’ ikel fuq stil buffet, maqsum fuq bażi tal-ewwel platt, it-tieni platt u kif ukoll deżerta!

  • ⁠L-ewwel platt jinkludi għaġin bi zlazi differenti.
  • ⁠It-tieni platt ser ikun ‘mixed grill’, fejn jiġu servuti laħmijiet differenti akkumpanjati b’kontorni varji.
  • ⁠L-aħħar platt ikun deżerta friska.
  • ⁠Ser tingħata wkoll ‘bibita’.

Donazzjoni għal din l-attività hi ta’ €20 għall-kbar, u €15 għat-tfal taħt it 12-il sena. Ikkuntattja lil xi membru tal-kumitat jew inkella fuq 77377706, sabiex tirriserva l-post tiegħek!
Ingħaqdu magħna f’atmosfera festiva u brijuża filwaqt li nħeġġu lil kulħadd jilbes il-flokk tal-festa jew il-kulur blu!

Grazzi talli bi ħġarkom tattendu għall-attivitajiet li ntellgħu matul is-sena, filwaqt li nittamaw li narawkom għal din l-attività!

*F’każ li t-temp ma jippermettix, l-attività ssir fis-sular t’isfel fil-Bottegin.