Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza s-Seduta Ġenerali Annwali Finanzjarja tiegħu nhar it-Tlieta 23 t’ April 2024 fis-Sala għall-Kunċerti u Konferenzi tal-Każin fil-Pjazza tal-Imqabba, fis-7:00pm.

Is-Seduta ser tkun tikkonsisti minn rapporti finanzjarji u l-proġett tal-pedestall tal-Vara l-Kbira. Ser ikun hemm ukoll hin allokat għal diskussjoni li titratta l-Festa tal-Madonna tal-Gilju 2024.

Is-Soċji tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa hekk importanti u jagħtu l-veduti tagħhom dwar dak kollu diskuss.