Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jiftaħ uffiċjalment il-festi ad Unur il-Madonna tal-Ġilju 2024 b’attività intitolata “Festa Rally” nhar il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju 2024. Fil-11:00am, l-ewwel Banda Mqabbija, il-Banda Madonna tal-Ġilju, se ddoqq marċi brijużi quddiem is-Sede tas-Soċjetà fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Il-qofol tal-attività jintlaħaq bit-tlugħ tal-arblu prinċipali l-ġdid tas-Soċjetà. Issegwi attività soċjali f’atmosfera festiva f’Palazz il-Ġilju, fejn jingħataw dettalji importanti dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa li se jsiru fl-Imqabba bejn is-6 u s-16 ta’ Ġunju 2024. Is-soċi u partitarji huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom u jingħaqdu magħna fiċ-ċelebrazzjoni!