Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Sant’Andrija Appostlu li ser tiġi ċċelebrata ġewwa Ħal Luqa, l-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz mużikali tagħha nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2024, Jum il-Festa.

Is-sevizz jibda’ fis-6.30pm b’daqq ta marċi tul it-toroq ta’ Ħal Luqa, fejn imbgħad is-servizz jissokta fuq il-Planċier tas-Soċjetà Sant’ Andrija fejn il-banda isellem lil qaddis Sant’ Andrija b’daqq t’innijiet kif ukoll tesegwiexxi programm mużikali varjat.