Il Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju se jieħu sehem fil-Quddiesa tal-10:00am, nhar il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2024.

Din il-Quddiesa se sservi ta’ ringrazzjament lil Alla u lil Marija fl-okkażjoni tal-31 anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ Imqabbija u kif ukoll bħala bidu tas-sena amministrattiva tat-32 Kumitat li għadu kemm ġie ffurmat.

Kulħadd huwa mistieden jattendi.