Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza ‘Boat Party’ nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju mis-6pm sal-11pm.  It-tluq tad-dgħajsa ser ikun miċ-Ċirkewwa iżda dan jiġi konfermat aktar il-quddiem. Id-donazzjoni għal din l-attività hija ta’ €50.00, li jinkludi d-dgħajsa, open bar għal ħames siegħat, u kif ukoll ftira.  Sabiex tkun konfermata l-booking tiegħek, id-donazzjoni ser tkun qiegħda tinġabar minn qabel!

Bookings huma fuq bażi ‘first come first served’ u ser jibqgħu jintlaqgħu sat-23 ta’ Lulju!  Għall-aktar informazzjoni u/jew sabiex tirriserva l-post tiegħek għal din l-attività, tistgħu tagħmlu dan fuq 77377706!

Grazzi tal-korrispondenza tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!