Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jħabbar li s-Seduta Ġenerali Annwali ta’ nofs is-sena se ssir nhar il-Ħadd, 11 ta’ Awwissu 2024 fl-10:30am fis-Sala tal-Kunċerti u l-Konferenzi fis-Sede tas-Soċjetà. Matul is-Seduta se jiġu kkomunikati rapporti amministrattivi u finanzjarji relatati mal-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2024 u wara tkompli diskussjoni ta’ evalwazzjoni.

Din is-Seduta hija miftuħa biss għal Soċi reġistrati mas-Soċjetà, u b’hekk huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom sabiex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar dak kollu li jiġi diskuss.