
Nhar is-Sibt 24 t’Awwissu 2024, il-W.R. Dun Blake Camilleri ingħata l-ħatra uffiċjali bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Imqabba, waqt Quddiesa Solenni preseduta mill-Arċisqof ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Charles J. Scicluna. Fuq talba tal-istess Dun Blake, ix-xhieda għall-pussess, kienu l-Presidenti taż-żewġ Soċjetajiet Mużikali Imqabbin, ġest li bħala Soċjetà ninsabu ferm rikonoxxenti għalih. Fi tmiem l-okkażjoni il-Kumitat tas-Soċjetà flimkien mad-direzzjoni tal-Konfraternità tal-Immakulata Kunċizzjoni, preżentaw rigali lill-Kappillan biex jibqgħu tifkira ta’ dan l-avveniment.
Is-Soċjetà flimkien mal-Konfraternità, jifirħu lill-W.R. Kappillan Dun Blake Camilleri filwaqt li nitolbu l-interċessjoni Divina sabiex titfa’ d-dawl tagħha fuqu, biex jaqdi dan il-ministeru qaddis għall-ġid tal-Komunità Parrokjali tagħna.
AD MULTOS ANNOS!
Blake Camilleri