Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza ikla bit-tema ta’ Oktoberfest nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru 2024, ġewwa l-Każin tal-Ġilju.

Il-menu għal din l-attività jinkludi varjetà ta’ ikel tradizzjonali li jiġi servut fl-Oktoberfest. Varjetà ta’ ikel tradizzjonali bħala l-ewwel platt. It-tieni platt huwa għażla bejn ‘Chicken & Pork Schnitzel’ jew ‘Roasted Chicken’ servut b’kontorni tradizzjonali differenti. Tisserva wkoll deżerta tradizzjonali. Ser tkun qiegħda tingħata birra b’xejn.

Donazzjoni għal din l-attività ser tkun ta’ €18 għall-kbar.

Ikkuntattjana fuq 79642229, sabiex tirriserva l-post tiegħek għal din l-attività!  Grazzi u nittamaw li narawkom għal din l-attività!