
B’rabta mal-Pink October and Movember 2024, il-Kumitat Soċjali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza taħdita intitolata “Promoting Health with Pink October and Movember”, nhar it-Tlieta 29 t’Ottubru 2024 fis-6:30pm fis-Sala tal-Kunċerti u Konferenzi tal-Każin. Mistiedna għal din it-taħdita se jkollna lis-Sinjura Michelle Muscat li hija ċ-Chairperson ta’ Marigold Foundation u s-Sinjura Sylvana Mifsud, li hija Nurse Navigator fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Din l-attività hija miftuħa kemm għan-nisa u kif ukoll għall-irġiel li huma mħeġġa jattendu u jipparteċipaw.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79539542.