L-ewwel edizzjoni ta’ “Aħseb Ftit!” se ssir nhar it-Tlieta 26 ta’ Novembru 2024, fis-7:00pm fis-Sala tal-Kunċerti u Konferenzi tal-Każin tal-Ġilju, L-Imqabba.

L-attività tikkonsisti fi quiz maħdum fuq il-forma tal-logħoba ‘Jeopardy’. Din se tkun tikkonsisti f’sitt kategoriji, b’kull kategorija jkollha sett ta’ mistoqsijiet differenti li jikkorispondu mal-punti skont it-toqol tagħhom, aktar mal-mistoqsija tkun diffiċli, aktar ikollha punti allokati għaliha.

Il-logħoba se tkun imqassma fi tliet partijiet u l-gruppi parteċipanti se jkunu qiegħdin jikkompetu kontra xulxin biċ-ċans li jirbħu l-premju ta’ €250 u t-titlu tar-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ “Aħseb Ftit!It-tieni post se jkunu qiegħdin jirbħu premju ta’ €50.

Dawk interessati, jistgħu japplikaw billi jimlew il-formola t’hawn taħt. Importanti li tinqara din l-informazzjoni qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni.

  • ⁠Il-gruppi jridu jkunu minn tal-anqas erba’ persuni, u mhux aktar minn ħamsa.
  • ⁠Mal-applikazzjoni jrid jinkiteb isem il-kaptan tat-tim u l-informazzjoni kollha meħtieġa.
  • ⁠Id-donazzjoni ta’ €50.00** trid titħallas mal-applikazzjoni sabiex din tkun konfermata. (**teskludi l-booking fee)

Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lill-Onorevoli Omar Farrugia talli għoġbu jisponsorja din l-attività!


Irreġistra