Fl-okkażjoni tal-Festa ad Unur l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Marija, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz Mużikali tagħha f’Bormla, nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru 2023, lejlet il-Festa.
Il-Banda Madonna tal-Ġilju ser tkun qegħda tagħmel Marċ mat-toroq ta’ Bormla fejn ser teżegwixxi diversi marċi brijużi mir-repertorju tagħha. Is-servizz jibda’ fit-7:45pm u ser jiġi organizzat transport li jitlaq mill-Pjazza tal-Imqabba fis-6:45pm.