Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza s-Seduta Ġenerali Annwali Amministrattiva tiegħu nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar 2024 fil-Każin tas-Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, fis-7:00pm. Is-Seduta ser tkun tikkonsisti minn rapporti amministrattivi mħejjija mid-diversi fergħat tas-Soċjeta’.

Ser ikun hemm ukoll hin allokat għal diskussjoni li titratta l-Festa tal-Madonna tal-Gilju 2024 kif ukoll il-proġetti varji li s-Soċjeta’ qegħda tagħmel fil-preżent, fosthom ir-rikostruzzjoni tal-Każin.

Is-Soċji huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa hekk importanti u jagħtu l-veduti tagħhom dwar dak kollu diskuss.