Is-Sezzjoni Soċjali tal-Ġilju, se torganizza workshop għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom, nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2025 fit-3:30pm fil-Maħżen tal-Armar. Waqt din l-attività, it-tfal se jkunu jistgħu isegwu l-proċessi li jitħaddmu biex jiġi manifatturat l-armar għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.

Se jkollhom ukoll l-opportunità li jagħmlu xi xogħolijiet prattiċi relatati ma’ din l-arti. Reġistrazzjoni mingħajr ħlas, tista’ ssir fuq 79052025.