Is-Sezzjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza żjara fil-Villaġġ tal-Karnival fil-Marsa għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom, nhar is-Sibt 22 ta’ Frar 2025, fejn se nżuru l-Kumpanija “Toto Perzuta Carnival Company” u “Landa Carnival Crew”.

It-tfal se jkollhom l-opportunità li jsegwu l-proċessi ta’ ħidma fuq il-karrijiet tal-Karnival. Se jkun hemm trasport provdut li jitlaq mill-Pjazza ewlenija tal-Imqabba fis-2:00pm. Bookings isiru fuq in-numru 79052025