Mro. Andrew Calleja Surmast Direttur tal-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba

l-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, flimkien mal-Assistent Surmast, il-bandisti u l-Għaqda Banda, f’isem is-soċi u l-partitarji kollha, jawguraw lil Mro. Andrew Calleja, Surmast Direttur tal-Banda Madonna tal-Ġilju, l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.

Mro. Andrew Calleja jmexxi lill-Banda Madonna tal-Ġilju fid-diversi impenji u servizzi mużikali tagħha, kemm fl-Imqabba kif ukoll f’diversi festi u okkażjonijiet madwar Malta.

F’dan il-jum speċjali, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tingħaqad sabiex tawguralu aktar snin ta’ saħħa, kuntentizza u sodisfazzjon, kif ukoll aktar suċċessi fil-ħidma u l-mixja mużikali tiegħu flimkien mal-Banda tagħna.

L-isbaħ xewqat f’għeluq sninek, Surmast! Awguri Mro. Andrew Calleja!