Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja, tat is-servizz mużikali tagħha nhar il-Ħadd, 20 ta’ Settembru, jum il-Festa.
Is-servizz mużikali beda fis-6:00pm permezz ta’ marċ brijuż mat-toroq ta’ Ħal Kirkop. Il-Banda Madonna tal-Ġilju laqgħet il-vara ta’ San Leonardu waqt il-ħruġ tagħha għall-purċissjoni, sabiex imbagħad kompliet takkumpanja l-purċissjoni matul ir-rotta tagħha fit-toroq ta’ Ħal Kirkop.
Din kienet okkażjoni oħra li fiha l-Banda Madonna tal-Ġilju, fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, tat is-sehem mużikali tagħha f’festa tradizzjonali Maltija, permezz tal-marċi u l-mużika li jkomplu jagħtu ħajja lill-festi tagħna.
Ringrazzjament
Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tirringrazzja lill-Għaqda Mużikali San Leonardu A.D. 1858 tal-istedina u tal-akkoljenza tagħha matul dan is-servizz mużikali f’Ħal Kirkop.
Nawguraw lill-Għaqda Mużikali San Leonardu u lill-Kirkoppin kollha l-isbaħ xewqat għall-Festa ta’ San Leonardu.






