Il-Kumitat Amministrattiv, flimkien mad-diversi fergħat tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – Mqabba, jixtieq iwassal ringrazzjament sinċier lil Geoffrey Il-Pajs u Jesabel Mizzi, li tul dawn l-aħħar sentejn kienu responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ Il-Bottegin tal-Ġilju.
Hekk kif illum waslet fi tmiemha l-amministrazzjoni tagħhom, is-Soċjetà tesprimi l-apprezzament tagħha għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn li wrew matul dan il-perjodu.
Bis-saħħa tal-kontribut tagħhom, flimkien ma’ dak tal-ħaddiema kollha, Il-Każin tal-Ġilju seta’ jibqa’ jopera b’mod ħaj, attiv u vibranti tul is-sena kollha, u jservi bħala post ta’ laqgħa għall-membri, il-familji u l-komunità tal-Imqabba.
Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għall-għajnuna li Geoffrey u Jesabel dejjem offrew b’mod ġeneruż u mill-qalb lis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju b’mod ġenerali. Il-ħidma tagħhom kienet apprezzata mhux biss fil-qasam tal-amministrazzjoni ta’ Il-Bottegin tal-Ġilju, iżda wkoll fil-ħajja u fl-attivitajiet tas-Soċjetà.
Grazzi mill-ġdid għall-kontribut tagħkom u l-isbaħ xewqat għall-futur!






