Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju se torganizza Ikla Maltija nhar is-Sibt, 3 ta’ Ottubru 2026, fil-Każin tal-Ġilju. L-attività tibda fis-7:30pm. Din se tkun serata ta’ ikel tradizzjonali Malti, kumpanija sabiħa u għaqda fost il-membri, il-ħbieb u l-familji tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba.
Il-menu tal-Ikla Maltija jinkludi:
- Starter: Platter Malti
- Main: Għażla bejn laħam taż-żiemel jew fenek moqli, servuti b’kontorni ta’ patata u ħaxix
- Deżerta: Imqaret
- Għat-tfal, se jkunu disponibbli nuggets jew burgers bħala alternattiva adattata għalihom.
Donazzjoni u riservazzjonijiet: Id-donazzjoni għall-adulti hija ta’ €20 għal kull persuna.
Għat-tfal, nuggets jew burgers huma offruti b’donazzjoni ta’ €10.
Min jixtieq jattendi huwa mħeġġeġ jirriserva kmieni billi jikkuntattja lil xi membru tal-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ, jew iċempel fuq: 9963 1118
Inħeġġu lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din l-Ikla Maltija fil-Każin tal-Ġilju, organizzata b’risq l-attivitajiet tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju u l-festa għażiża tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.






