Il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – Mqabba bi pjaċir iħabbar li ġew assenjati l-karigi uffiċjali lill-membri li applikaw u ġew approvati sabiex jiffurmaw il-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju għas-sena 2026/2027.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ għandha rwol ewlieni fil-ħajja tas-Soċjetà u fil-preparazzjonijiet għall-festa għażiża tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. L-enerġija, l-inizjattiva u l-impenn taż-żgħażagħ huma fundamentali sabiex ikomplu jissaħħu t-tradizzjonijiet, il-proġetti u l-attivitajiet tas-Soċjetà.
Il-Kumitat Amministrattiv jawgura kull suċċess lill-membri l-ġodda fil-ħidma tagħhom matul is-sena li ġejja. Ninsabu fiduċjużi li se jwettqu ħidma bla waqfien, b’entużjażmu u b’imħabba lejn il-festa tal-Madonna tal-Ġilju u lejn is-Soċjetà li ġġib isimha.
Fl-istess ħin, inwasslu messaġġ ta’ apprezzament lill-żgħażagħ kollha li wrew interess sabiex jagħtu sehemhom. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk li din is-sena ma applikawx għal kariga fil-Kumitat, filwaqt li nħeġġuhom ikomplu jkunu preżenti u attivi fil-ħidma tas-Sezzjoni u tas-Soċjetà.
L-involviment ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa jibqa’ vitali għall-futur tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, għall-kontinwità tal-festa u għat-tisħiħ tal-għaqda fi ħdan il-komunità tal-Imqabba.
Nawguraw lill-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju 2026/2027 kull suċċess u ħidma siewja!






