Il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba bi pjaċir iħabbar il-karigi uffiċjali li ġew assenjati lill-membri li applikaw u ġew approvati sabiex ikunu parti mill-Kumitat tal-Kummissjoni Soċjali Madonna tal-Ġilju għas-sena 2026/2027.
Kumitat tas-Sezzjoni Soċjali 2026/2027
Il-Kummissjoni Soċjali għandha rwol importanti fil-ħidma tas-Soċjetà, kemm permezz tal-attivitajiet u l-inizjattivi li torganizza matul is-sena, kif ukoll permezz tas-sehem tagħha b’risq il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u s-Soċjetà li ġġib isimha. Nawguraw kull suċċess lill-membri kollha ta’ dan il-Kumitat ħabrieki għall-ħidma bla waqfien tagħhom u għall-impenn li jkomplu juru b’risq is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u l-Festa għażiża tagħna.
Il-Kumitat tas-Sezzjoni Soċjali Madonna tal-Ġilju għas-sena 2026/2027 huwa ffurmat kif ġej:
Chairperson – Gigliola Micallef
Viċi Chairperson – Julie Abdilla
Segretarja – Josette Borg
Viċi Segretarja – Maria Abela Zerafa
Amministratur Finanzjarju – Christian Falzon Ciantar
Viċi Amministratur Finanzjarju – Anna Zammit Grech
Delegat Midja – Rodianne Falzon Ciantar
Delegati Lily Juniors – Sandra Mizzi u Rita Abela
Delegata tal-Attivitajiet – Josephine Simbeye
Delegati tal-Maintenance Keith Galea u Silvio Mizzi
Membri – Lilian bonnici u Romina Galea
Ringrazzjament
Il-Kumitat Amministrattiv jixtieq iwassal ukoll messaġġ ta’ apprezzament lil dawk kollha li wrew interess u aċċettaw li jagħtu sehemhom fil-Kummissjoni Soċjali. Fl-istess waqt, nirringrazzjaw ukoll lil dawk li din is-sena għażlu li ma japplikawx sabiex ikunu parti mill-Kumitat. L-involviment, l-għajnuna u l-kontribut tagħhom jibqgħu vitali għall-ħidma tas-Soċjetà u għas-suċċess tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.
Nawguraw lill-Kumitat tal-Kummissjoni Soċjali Madonna tal-Ġilju 2026/2027 kull suċċess fil-ħidma tiegħu matul is-sena li ġejja. Awguri!






