Julio Tanti
President from 1964 till 1979

 

Julio Tanti twieled l-Imqabba nhar l-20 ta’ Lulju 1934, iben John u Karmena neè Ghigo.  Beda jistudja l-mużika kif ukoll tagħlim f’suġġett akkadmiċi taħt Mro Joseph Darmanin.  Ta’ 11-il sena ħareġ idoqq il-kwartin fl-ewwel programm tal-Badna Lily fid-9 ta’ Diċembru 1945. 

 

Wara baqa javvanza fl-istudji mużikali sakemm kiseb id-diploma fl-1953.  Meta Mro Darmanin ħalla t-tmexxija tal-banda sabiex emigra lejn l-Awstralja, Tanti ħa f’idejh it-tmexxija tal-Banda Lily.  Tanti ġie elett president tas-Soċjetà tal-Ġilju fl-1964 u baqa fit-tmexxija sal-1979.  Kien żmien li fih il-każin reġa rebaħ id-dritt li jarma r-raħal kollu, u wkoll li fih iċċelebra b’festi kbar iċ-ċentinarju mill-miġja ta’ l-istatwa fostna.  Julio Tanti hu miżżewweġ li Carmela miż-Żurrieq u għandu tliet itfal, Marthese, John u Charles. 

 

Sal-lum Julio jokkupa l-kariga ta’ Surmast Onorarju u għadu jagħti l-appoġġ tiegħu fil-ħidma tal-banda.