Servizz Mużikali mill-Banda Madonna tal-Ġilju f’ħal Tarxien
Fl-okkażjoni tal-Festa ta' Marija Annunzjata, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti servizz mużikali f’ Ħal Tarxien nhar it-Tlieta 24 ta' Mejju 2022.
Fl-okkażjoni tal-Festa ta' Marija Annunzjata, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti servizz mużikali f’ Ħal Tarxien nhar it-Tlieta 24 ta' Mejju 2022.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tixtieq tinforma li għadha kemm nediet id-disinn tat- t-shirt fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2022!
Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tkun qiegħda torganizza Wirja tal-Fotografija bħala parti mill-kors bażiku li sar matul dan l-aħħar ġimgħat bl-isem ta’, ‘Preserving Our Society’s Heritage Through A Lens’.
Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza American Night nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju 2022, ġewwa l-Każin tal-Ġilju
Il-Kumitat Amministrattiv organizza Team Building Activity, is-Sibt li għadda, 23 ta' April 2022 wara nofsinhar għall-membri fi ħdan l-għaqdiet u l-kumitati fi ħdan is-Soċjetà
Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa Bazaar fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Mejju 2022, fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjeta’
Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qed iħabbar li s-Seduta Ġenerali Annwali se ssir nhar il-Ħadd, 24 ta’ April 2022 mill-10:30 ‘l quddiem ġewwa s-Sala tal-Kunċerti u l-Konferenzi fis-Sede tas-Soċjetà.
Issa li għalaq il-proċess elettorali, il-Kumitat Amministrattiv, flimkien mad-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, jixtieq jifraħ mill-qalb lill-Membri Parlamentari eletti li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2022 fuq il-Ħames Distrett. Nifirħulhom tal-karigi ġodda li ġew afdati bihom
Il-Kumitat Amministrattiv, flimkien mad-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, jixtieq jifraħ mill-qalb lis-sur Omar Farrugia li għadu kemm ġie elett fil-Parlament Malti wara li kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba fil-jiem li għaddew.