FESTA MADONNA TAL-ĠILJU 2020
Fil-ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ħasbet biex tipprepara programm virtwali f’attivitajiet li jinkludi għażla tà ċelebrazzjonijiet festivi minn snin preċedenti li żgur inisslu memorji sbieħ.
Nistiednu lil kulħadd isegwina kemm fuq Tal-Ġilju FM 95.4 u kif ukoll fuq Facebook live.
Il-Hadd 21 ta’ Ġunju 2020 – Jum il-Festa
Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jirringrazzja lill-Onorvoli Ministru Dr. Owen Bonnici, L-Onorevoli Ministru Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi tad-donazzjoni li għoġobhom jgħaddu lis-Soċjetà fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020.
Is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2020 – Lejliet il-Festa
F’dan il-filmat ser ngħatu ħarsa lejn siltiet mill-passat ta Lejliet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.
L-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju 2020 – Il-Marċ tal-Ġimgħa
F’dan il-filmat insegwu marċi, is-sorpriżi fil-marċi u l-features li saru f’dawn l-aħħar tlett snin. Grazzi speċjali tmur lill-Sezzjoni Żgħażagħ talli dejjem ħadu ħsieb jorganizzaw marċi mill-aqwa matul il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.
L-Hamis 18 ta’ Ġunju 2020 – Jum ta’ Tħejjija
F’dan il-filmat insegwu marċi tas-snin disgħin u riċenti, is-sorpriżi fil-marċi u l-features tas-snin 2009, 2014, 2015, 2016 and 2018. Grazzi speċjali tmur lill-Sezzjoni Żgħażagħ talli dejjem ħadu ħsieb jorganizzaw marċi mill-aqwa matul il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.
Bħal-lum 9 snin, nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2011, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba kisret rekord dinji tal-akbar reddiena fid-dinja u b’hekk naqqxet isimha fil-‘Guinness Book of World Records’.
Aqra iktar hawn
L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju 2020 – Jum ta’ Tħejjija
F’dan il-filmat insegwu marċi tas-snin disgħin, is-sorpriżi fil-marċi u l-features tas-snin 2011, 2012 u 2013. Grazzi speċjali tmur lill-Sezzjoni Żgħażagħ talli dejjem ħadu ħsieb jorganizzaw marċi mill-aqwa matul il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.
It-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2020 – Jum il-Banda Madonna tal-Ġilju
L-aqwa siltiet tal-Kunċert Vokali u Strumentali ta’ dawn l-aħħar 25 sena permezz ta’ Facebook Live fuq il-paġna tas-Soċjetà. Grazzi speċjali tmur lill-kummissjoni banda talli dejjem ħadu ħsieb jorganizzaw kunċerti mill-aqwa matul il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.
It-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2020 – Jum it-Tfal tal-Ġilju
Serata Marjana mtellgħa mit-tfal tal-Lily Juniors fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju
Festa 2020 Programm Specjali
Qed inżommu l-kuntatt magħkom ilkoll billi ħejjejna tifkira żgħira għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020 b’differenza. Il-Kumitat Amministrattiv flimkien mal-Bord Editorjali ħejja din il-ħarġa speċjali b’format virtwali sabiex infakkru b’mod speċjali il-75 anniversarju minn meta twaqqfet il-Banda Madonna tal-Ġilju. Dan l-avveniment kellu jwassal għal Festi kbar matul is-sena kollha. Il-Pandemija waqqfet kollox, iżda issa qed inħarsu ‘l quddiem sabiex bħala Soċjetà inkomplu nissaħħu u ningħaqdu b’kuraġġ akbar minn qatt qabel.
Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020, diversi Membri Parlamentari eletti fuq il-5 Distrett Elettorali kellhom il-pjaċir li jżur il-Kumpless tan-Nar Lily Fireworks Mqabba, Malta u japprezzaw ix-xogħol li il-membri tagħna għamlu matul din is-sena. Nirringrazzjaw lill-Ministri Owen Bonnici u Julia Farrugia Portelli, kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u lid-Deputat Toni Bezzina u fl-aħħar iżda mhux lanqas lis-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia tal-apprezzament tagħhom.
Il-Hadd 14 ta’ Ġunju 2020
Propju bħal-lum 25 sena ilu, propju fl-14 ta’ Ġunju 1995 ġie inawgurat il-planċier meravilja fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Banda Madonna tal-Ġilju. Permezz ta’ dan il-filmat nerġgħu ngħixu dik il-ġurnata storika lura fl-1995 u nsegwu l-kunċert li kien ġie eżegwit mill-Banda Madonna tal-Ġilju flimkien mal-inawgurazzjoni tal-Planċier.
F’ dan il-filmat ser naraw l-aqwa siltiet mis-snin imghoddija tal-ħruġ tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju min-niċċa.
Messaġġ mill-President
Teddy Farrugia
Messaġġ mis-Sindku
Sur Omar Farrugia
Messaġġ mill-Kappillan
Fr. John Curmi