FESTA MADONNA TAL-ĠILJU 2024

Ktieb tal-program tal-Festa 2024

Dalwaqt …..

60 Anniversarju mill-inawgurazzjoni u t-tberik
tal-Kumpless tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju.

Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2024 – Festa Rally

11:00am: Il-Banda Madonna tal-Ġilju teżegwixxi daqq ta’ Marċi brijużi quddiem is-Sede

12:00pm: Inawgurazzjoni tal-arblu prinċipali ġdid tal-Każin

12:30pm: Issegwi attivita’ soċjali f’Palazz il-Ġilju

Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2024 – The Blue Gathering 2024

8.00pm – Festa Gathering 2024. Attività soċjali fil-Każin, magħrufa aħjar bħala “The Blue Gathering”, fejn f’atmosfera ta’ briju u divertiment niltaqgħu flimkien bil-familji tagħna u nagħtu bidu għall-Festa 2024. Dħul mingħajr ħlas.

Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2024 – Pasta Night

8:00pm – Pasta Night fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin. Divertiment se jkun provdut mill-Band Tonation.  Biljetti mingħand il-Kumitat Soċjali Madonna tal-Ġilju.

Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2024 – Ħruġ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju min-Niċċa

6.15pm: Id-Devoti kollha ta’ Marija Immakulata taħt it-Titlu singulari minn Tal-Ġilju jinġabru fil-Knisja Parrokkjali sabiex flimkien jilqgħu lill-Padruna tagħhom fil- Ħruġ TagħHa min-Niċċa.

7.30pm: Niltaqgħu ħdejn Ġnien il-Madonna tal-Ġilju sabiex nagħtu bidu għal Serata Marjana bis-sehem tat-tfal.

7.45pm: Marċ brijuż mill-Banda Madonna tal-Ġilju bis-sehem tat-tfal mat-toroq tal-Imqabba bil-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Ġilju. Il-marċ isegwi din ir-rotta: Triq Karmenu Ciantar, Triq San Bażilju u Pjazza tal-Knisja, Triq il-Karmnu, Triq Valletta, Triq il-Parroċċa u jintemm fil-Pjazza tal-Knisja.

9.00pm: Party għat-tfal kollha li jattendu fejn tingħatalhom tifkira.

It-Tnejn 10 ta’ Ġunju 2024 – Jum it-Tfal tas-Soċjetà

5.30pm: Preżentazzjoni tat-trabi u tfal (sa ħames snin) quddiem il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fil-Knisja Parrokjali.

6.30pm: Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa bis-sehem tas-Sezzjoni Żgħażagħ.

8.00pm: Marċ brijuż mill-Banda Spinola ta’ San Ġiljan li jibda minn Triq il-Madonna tal-Ġilju u jkompli għal Triq l-Aħwa Ghigo, Barumbara, Xriek, Mitħna, Troll, Pal, Sta. Katarina, Qrendi, Saljatura, Żurrieq, Torba, Spnar, Familja Brancati, Kirkop, Ġublew tad-Djamanti, Murselli, Konvoj ta’ Santa Marija, Kileb, Sta. Katarina, Sejba, Madonna tal-Ġilju, Missjoni ż-Żgħira, Madonna tal- Ġilju u jispiċċa fil-Pjazza ta’ quddiem il-Każin akkumpanjat mill-briju tal-Partitarji.

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2024 -Jum il-Banda Madonna tal-Ġilju

6:30pm: Quddiesa b’suffraġju għal dawk li tilfu ħajjithom bin-nar.

8:30pm: Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Andrew Calleja, tesegwixxi programm vokali u strumentali mżewwaq bi preżentazzjonijiet varji multiviżivi. Din is-serata ser tkun taħt il-Patroċinju ta’ Dr Godfrey Farrugia, president tal- Għaqda Piroteknika Maltija. Inħeġġu lis-Soċji u l-Partitarji kollha, kif ukoll lill-ammiraturi tal-Banda tagħna sabiex jattendu għal din is-serata mużikali li ser tfakkar is-60 anniversarju mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Kumpless tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju.

L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2024 – Jum ta’ Tħejjija

8.00am – Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm – Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

7.00pm: Il-Quddiesa tas-6.30pm tkun ukoll iddedikata b’mod speċjali għall-anzjani tar-raħal, sew dawk li jgħixu mal-familja fir-raħal stess, kif ukoll għal dawk li qegħdin f’xi residenza. Wara jkun hemm riċeviment ċkejken fil-każin. Inħeġġu lill-familjari tal-anzjani sabiex jinkoraġġuhom jattendu għal din l-attività ferm sabiħa.

8.30pm:

Il-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara tibda marċ mill-Pjazza ta’ quddiem il- Każin tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza tal-Knisja, Sptar il-Qadim, Mikelanġ Sapiano, Konvoj ta’ Santa Marija, Mentna, Kirkop, Katakombi, Dun Gerald Mangion, Dun Nikol Zammit, Kirkop, Nazzarenu, Mikiel Zammit, Ħajt tal-Matla, Kirkop, Triq il-Majjistra Mikelina Galea, Mikiel Zammit, Dun Gerald Mangion, Katakombi, Konvoj ta’ Santa Marija, Venuti, Ħajt tal-Matla, Dun Anġ Mallia, Nazzarenu, Triq Karmenu Ciantar, Pjazza.

9:30pm: Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

10:30pm: Il-marċ ikompli bil-briju tas-Soċji u l-Partitarji għal Triq San Bażilju, Pjazza u jintemm quddiem il-Każin tas-Soċjetà.

Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2024 – It-Tieni Jum ta’ Tħejjija

8.00am: Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

6:30pm: Quddiesa Kantata bil-prietka. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8:30pm: Il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun tibda marċ brijuż mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza, Duluri, Triq il-Parroċċa, Triq il-Fjuri, Valletta, San Bażilju, San Mikiel, Misraħ il- Fidwa, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Barrieri, Ħarriġiet, Ġorġ Mangion, 15 ta’ Settembru 1598, Barrieri, Ħarriġiet, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Karmenu Ciantar, Pjazza.

9:30pm: Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u murtali tal-kulur.

10.30pm: Bl-entużjażmu u l-briju taż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjetà, il-marċ ikompli matul il- Pjazza, Triq San Bażilju u jintemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju 2024 – Jum ta’ Tħejjija/Il-Marċ tal-Ġimgħa

8:00am: Quddiesa Kantata.  Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

6.30pm: Quddiesa Kantata bil-prietka. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-mużika tkun esegwita mill-Banda Madonna tal-Ġilju.

7.45pm: Mal-Barka Sagramentali, isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

9:00pm: Il-Banda Madonna tal-Ġilju, tagħti bidu għall-marċ tant rinomat tal- Ġimgħa. Il-Banda tibda dan il-marċ minn Triq id-9 t’April 1942, Qattara, Konvoj ta’ Santa Marija. Wara l-marċ jissokta għal Triq Karmenu Ciantar fejn tibda dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju.

9.15pm: Waqt il-marċ grandjuż tal-Ġimgħa, nassistu għall-ħruq ta’ murtali tradizzjonali ta’ beraq pront u beraq tal-kuluri, murtali tal-kulur u kaxxa infernali.

10.00pm: Immedjatament wara l-ħarqa tradizzjonali ta’ nar tal-ajru, il-marċ jissokta tul Triq Karmenu Ciantar għall-Pjazza ewlenija Mqabbija. Hawn jingħata bidu għall-marċ brijuż ferm mistenni ġewwa raħalna permezz ta’ preżentazzjoni awdjo-viżiva oriġinali. Wara, ir-rotta tal-marċ brijuż titkompla u tintemm permezz tat-tlugħ tradizzjonali tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira f’atmosfera ta’ devozzjoni u preżentazzjonijiet oħra adattati flimkien ma’ ħruq ta’ tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju li jagħlaq din it-tieni parti tal-okkażjoni.

11:45pm: Wara, ir-rotta tal-marċ brijuż titkompla u tintemm permezz tat-tlugħ tradizzjonali tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira f’atmosfera ta’ devozzjoni u preżentazzjonijiet oħra adattati flimkien ma’ ħruq ta’ tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju li jagħlaq din it-tieni parti tal-okkażjoni.

12:00am: Wara jsegwi spettaklu piromużikali flimkien ma’ atmosfera ta’ mużika ma’ DJ lokali u akkumpanjament mużikali. L-aħħar parti tal-marċ tiħodna lura fil-Pjazza ewlenija fejn ser jiġi esebit spettaklu piromużikali organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ.

Is-Sibt 15 ta’ Ġunju 2024 – Lejlet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

8.00am: Quddiesa Kantata. Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti.

8.30am: Servizz tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali pprovdut minn konfessuri barranin sal-10.30am.

12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

4.30pm: Servizz tal-Qrar minn konfessuri barranin fil-Knisja Parrokkjali sas-6.30pm. Inħeġġukom biex tersqu għall-Qrar u t-Tqarbin fil-Festa.

6:00pm: Għasar Solenni bil-vuċijiet, immexxija mill-Kappillan Dun John P. Curmi.

6:30pm: Quddiesa Kantata bil-prietka.

7:30pm: Mad-daqq tal-Ave Maria jsir ħruq ta’ musketterija, salut, murtali bil-logħob u murtaletti.

8:00pm: Il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa tibda marċ minn tarf Triq Karmenu Ciantar għall-Pjazza fejn wara tesegwixxi programm varjat fuq il-Planċier Meravilja.

9:30pm: Spettaklu piromużikali bit-titlu Symphony of Stars – Diamonds li jinkludi diversi blalen, sfejjer, disinji, murtali bil-logħob, murtali tal-beraq pront, beraq tal-kulur flimkien ma’ diversi settijiet ta’ murtali tal-kulur.

10:00pm: Il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa tkompli b’marċ mill-pjazza għal Triq Karmenu Ciantar fejn ittemm is-servizz tagħha bl-Innu lill-Madonna tal-Ġilju.

11:00pm: Ma’ tmiem l-ispettaklu tan-nar tal-ajru, nassistu għal spettaklu ieħor ta’ nar tal-art mekkanizzat oriġinali quddiem Ġnien il-Madonna tal-Ġilju fil-bypass tal-Imqabba.

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2024 – Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

7:00am: Quddiesa

8:00pm: Ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u settijiet ta’ murtaletti.

9:00am: Quddiesa Pontifikali Solenni tal-paniġierku bis-sehem tal-orkestra u vuċijiet.

12:00pm: Ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u settijiet ta’ murtaletti.

1:00pm: Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali u tant popolari ‘Ta’ Nofsinhar’. Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jgħaddi għal Triq il-Karmnu, Valletta, Lanġasa, San Bażilju għall-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu hekk kif minn quddiem il-Każin jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-Muniċipju tal-Kunsill Lokali għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin għall-ħabta tat-3.30pm.

6.15pm: Il-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa tibda marċ minn ħdejn il-Każin tas-Soċjetà għal Triq San Bażilju.

6.30pm: Il-Banda San Ġorġ ta’ Bormla tibda marċ minn Triq Santa Katarina sal-Pjazza.

7.00pm: Il-qofol tal-Festa wasal! Jingħata bidu għall-Ħruġ tal-Purċissjoni bil-Vara tant għażiża u devota tal-MADONNA TAL-ĠILJU. Hawnhekk inħeġġu lid-Devoti, Soċji u Partitarji kollha tal- Madonna sabiex ikunu f’posthom fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex nagħtu tislima xierqa lil Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu uniku minn TAL-ĠILJU għall-ħruġ tal-Purċissjoni Devota bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju. Il-Banda San Ġorġ ta’ Bormla, issellem lill-Madonna tal-Ġilju bl-Innu tagħha filwaqt li l-kantanta Marisa D’Amato tinterpreta l-Ave Maria. Din tkun akkumpanjata minn ħruq ta’ salut u kaxxa infernali, segwiti minn wirja ta’ murtali bil-logħob.

8.30pm: Mument tant mistenni mid-devoti kollha tal-Madonna huwa l-waqt meta l-Vara Artistika tal-Madonna tal-Ġilju tasal fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il- Banda Sant’Andrija, diretta mis-Surmast Michael Pulis, tesegwixxi l-Innu lill-Madonna tal- Ġilju, xogħol klassiku tas-Surmast Joseph Darmanin, fuq lirika tal-poeta Dun Frans Camilleri, li huwa l-qofol ta’ din il-parti. Flimkien mal-Banda jieħdu sehem it-Tenur Edmond Apap, il-Baritonu Pio Dalli u l-Kor “Tota Pulchra” mill-Parroċċa Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata ta’ Bormla immexxi mis-Sur Walter Tonna, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-kantanta Marthese Tanti li tinterpreta l-Ave Maria u li kollettivament janimaw din il-parti devozzjonali tal- Purċissjoni. Inħeġġu lid-Devoti kollha jieħdu sehem attiv sabiex ilkoll flimkien f’komunità waħda nagħtu ġieħ u nfaħħru lil Ommna Marija li tant ngħożżu bil-qalb.  Nassistu għall-ħruq ta’ murtali tal-beraq pront, beraq tal-kulur, settijiet ta’ murtali tal-kulur u kaxxa infernali.

10.00pm: Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Antifona “Madonna tal-Ġilju” ta’ Patri Ġorġ Grech, Espożizzjoni u Barka Sagramentali. Wara jkun hemm il-bews tar-Relikwa tal-Madonna. Il-mużika li se tindaqq f’Jum il-Festa hija tad- Dinastija Camilleri u tkun taħt id- direzzjoni ta’ Maestro di Cappella Andrew Calleja.

10.15pm: Hekk kif tintemm iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ġewwa l-Knisja Parrokkjali, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju flimkien mal- familjari tagħhom tagħmel ir- ringrazzjament tagħha ġewwa l-Knisja. Ikun ġest ferm sabiħ jekk ilkoll flimkien mal-familji tagħna ningħaqdu flimkien mal-Kappillan tal-Parroċċa sabiex nagħlqu din il-Festa flimkien b’ringrazzjament lil Alla l-Imbierek u lil Ommu u Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu devot minn TAL-ĠILJU u nitolbuHa sabiex iżżomm dejjem idejHa fuq il-membri kollha tas-Soċjetà li minn dejjem ħaddnet u għożżot isimHa.

10:30pm: Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħlaq il-festa bil-marċ tal-aħħar.

It-Tnejn 17 ta’ Ġunju 2024 – Ix-Xalata tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

1.00pm: Tingħata bidu għax-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa. Din titlaq minn quddiem il-Każin. Bħal kull sena, l-ewwel immorru l-Armier u wara nirħulha għal Baħar iċ-Ċagħaq.

7.00pm: Niltaqgħu qabel id-daħla tal-mina ħalli bħalma hi t-tradizzjoni ngħaddu mill-irħula tal-qrib sa ma naslu r-raħal tagħna u b’mod trijonfali nidħlu fil-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-Każin.

8.00pm: Timpana Night fil-Pjazza tal-Imqabba. Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni Soċjali.