MIN AĦNA

Bla dubju, l-iktar ħaġa li l-Fratellanza tal-Kunċizzjoni għandha fil-qalba hija l-Istatwa Mqaddsa tal-Madonna tal-Ġilju. Il-21 ta ’Mejju 1876 kienet ġurnata li tibqa msemmija għall-Fratellanza għaliex l-Istatwa Artistika tal-Madonna tal-Ġilju kapolavur tal-artist magħruf Giovanni Darmanin, daħlet għall-ewwel darba ġewwa r-raħal tal-Imqabba.

L-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tissimbolizza l-purezza tal-Ġiljuha u għandha l-privileġġ li hija waħda mill-ftit statwi f’Malta li proċessjonalment toħroġ darbtejn fis-sena. Preżentement, Joe Gauci huwa ir-Rettur tal-Fratellanza, filwaqt li huwa assistit minn Marvin Sciberras. Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni baqgħat taġġorna ruħha għaż-żminijiet moderni, filwaqt li żżomm ħaj l-għan li għalih ġiet stabbilita, li tifrex il-l-imħabba Marjana.