Annunziato Abdilla

Annunziato Abdilla kien twieled fit-23 ta’ Settembru 1918 iben Ġiovanni u Ġiuseppa neé Xuereb. Nhar il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 1940 iżżewweġ li Maria Concetta neé Mallia, u kellhom sitt ulied, tliet subien, żewġ bniet u tifla oħra li mietet. Hu daħal fl-Armata fit-23 ta’ Mejju 1938 u kien suldat b’żewġ penzijiet stazzjonat il-Main Guard u kien jieħu sehem fic-Changing of the Guard.
Kien ukoll ħa sehem fil-Parata tal-Coronation Day fl-Ingilterra. Annunziatio kien ukoll iħaddan talenti mużikali, u kien wieħed mill-ewwel bandisti mal-banda Lily minn taħt Mro Darmanin. Hu kien idoqq il-piatti. Wieħed mill-ewwel proġett li mbarka fuqu l-każin taħt it-treġija ta’ Annunziato Abdilla kien il-bini ta’ sala fuq il-maħżen ta’ l-armar fi Triq Santa Katerina. Hemm hu ħadem il-palk u kellu rwol organizzativ qawwi fil-ħidma kollha teatrali. Dan kien ukoll iż-żmien li fih twaqqfet il-kumpanija teatrali tal-każin ‘Golden Lilies’. Proġett ieħor kbir taħt it-tmexxija ta’ Annunziato Abdilla kien il-bini u inawgurar tal-post tan-nar fl-1964.
Huwa miet nhar it-Tlieta 14 ta Jannar, 1964 meta kien għadu jservi bħala president tal-każin u ftit ġranet wara li kien ġie imbierek u inawgurat il-post tan-nar.