Joseph Zammit

Joseph Zammit imwieled l-Imqabba, fil-15 ta’ Frar 1946. Iben Alfred u M’Grazzia mwielda Bilocca. Miżżewweġ lil Maria nee’ Farrugia. Missier ta’ tlett ulied: Anita, Freda, u Sharon u nannu ta’ sitt neputijiet. Fis-sena 1979 ġejt maħtur president tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Kien midħla tal-każin minn tfulitu u dejjem offra li jgħin fejn kien ikun hemm il-ħtieġa.
Fis-sittinijiet kien involut fit-tmexxija tal-kumpanija teatrali “Golden Lilies”, li attivitajiet tagħha kien joffru gost teatrali u ntrojtu ta’ fondi b’risq is-soċjeta’. Attività oħra li kienet ferm għal qalbu fis-sebgħinijiet kienet il-produzzjoni ta’ biċċiet tan-nar tal-art. Zammit kien president meta ttieħdet id-deċiżjoni diffiċli li l-festa tiġi ttrasferita għal Ġunju minflok Mejju minħabba l-maltemp li f’ħafna snin ħarbat il-festa. Fis-sena 1984 kellu jħalli l-kariga ta’ president minħabba li mar jaħdem il-Libja. Mistoqsi dwar kif jara s-Soċjetà illum hu jħoss li fl-aħħar 27 sena sar kambjament kbir fis-Soċjetà.
Il-festa kibret minn sena għal sena u saret waħda mill-festi f’Malta mill-aktar mistennija u ċċelebrata bil-kbir.