President Karmenu Caruana

Paolo Caruana kellhu ħuh Karmenu li ġie mgħammed mill-kappillan Franġisku Vella nhar is-26 ta’ Marzu 1877, ġurnata biss wara jum twelidu.  Kien propju hu li ħa t-tmexxija taċ-Circolo Pio X fl-1914 wara Paolo, it-tnejn bil-laqam “tal-Ave Maria”.  Huwa kien miżżewweġ lil Kekina u kien piżatur pubbliku.  Fost il-proġett mnedija matul il-presidenza ta’ Karmenu Caruana kien hemm spinta kbira lil armar.  Saru l-puttini li oriġinarjament kienu jintramaw fit-Triq tan-Nofs u li wara l-1935 iddaħħlu fuq iz-zuntier tal-knisja. 

Dawn saru minn Karmnu Mallia (il-Lhudi) ta’ Ħal Qormi b’finitura ta’ Ġużeppi Farrugia (Żakkew) f’garaxx li kellu fi Triq il-Parroċċa.  Dan kien parti minn proġett estensiv li ra lit-triq tan-nofs tintrama bi tnax-il trufin maħduma minn Lukardu ta’ Nella u arkatruri tal-ħadid mixgħula bi brazzi tal-aċitilena u liedna tal-weraq.