President Mikelang Borg

Mikelanġ Borg kien iben Francesco Saverio u Marianna neè Xiberras.  Laħaq shipwright ġewwa t-Tarzna wara li segwa kors ta’ apprentistat ma’ l-Ammiraljat.  Aktar tard inħatar skrivan wara li għadda minn eżami kompetittiv.  Huwa serva għal żmien twil fil-Kumitat tac-Circolo Pio X, tant li nsibuh fir-ritratt tal-kumitat presedut minn Karmenu Caruana, u aktar tard serva fil-kumitat tal-Lily Band Club

It-Tieni Gwerra Dinjija ġabet daqqa ta’ ħarta lil Mikelanġ għaliex fl-attakk tad-9 ta’ April 1942 tilef lil martu Pauline.  Serva ta’ President tas-Soċjetà tal-Ġilju bejn l-1947-1955.  Tul il-presidenza tiegħu kien hemm diversi kisbiet fostom l-irregalar ta’ sitt standardi għal banda fl-1948, l-inawgurazzjoni tal-innu l-kbir fl-1949, l-parteċipazzjoni fl-Otto Settembre fil-Belt fl-1950 u r-riforma ta’ l-istatut fl-1953.