Bandisti Onorarji
JIMMY TANTI
Jimmy Tanti magħruf aħjar bħala ‘taċ-Ċakkar’, huwa rtirat u jgħodd is-73 sena. Huwa armel ta’ Ursola nee’ Farrugia. Jimmy huwa missier ta’ tlett itfal; Joanne, Stephanie u Jason u nannu ta’ tifla waħda, Emily.
Fis-sebgħinijiet, Jimmy għamel żmien bħala membru fil-Kumitat Amministrattiv kif ukoll kien bandist tal-post mal-Banda Madonna tal-Ġilju. Kien ħa t-tagħlim tiegħu taħt il-bakketta ta’ ħuh, is-Surmast Ġilju Tanti. Kien ukoll jinvolvi ruħu fl-armar tal-Festa kif ukoll ħadem in-nar għal diversi snin. Fil-qasam tad-drama kien ukoll jinvolvi ruħu fis-snin sebgħin, l-era tal-‘Golden Lilies’ u baqa’ jagħti l-kontribut tiegħu ukoll fi żminijiet aktar riċenti f’diversi serati u reċti.
Jimmy Tanti huwa wieħed mill-aktar bandisti li dam iservi lill-Banda Madonna tal-Ġilju u li kieku ma nħolqux problemi familjari, nistgħu ngħidu li għadu bandist tal-post. Iżda ċ-ċirkostanzi ma ppermettewx dan u kellu jieqaf qabel iż-żmien. Il-Kumitat Amministrattiv b’mod unanimu ħass li bħala rikonoxximent tal-impenn kbir tiegħu fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju kif ukoll lejn is-Soċjetà in ġenerali, għandna ninnominawh bħala Bandist Onorarju tas-Soċjetà. Grazzi Jimmy tas- servizz tiegħek u Ad Multos Annos!