Mro. Joseph Tonna

Joseph Tonna twieled l-Imqabba nhar is-16 ta’ Frar, 1929. Beda jitgħallem il-mużika mal-Banda Lily fl-età ta’ 16-il sena. Dak iż-żmien il-Banda tagħna kienet għadha qed tifforma. Tonna huwa magħruf l-aktar bħala bandist tal-Baxx. Mro. Tonna attenda diversi korsijiet tal- kompożizzjoni u kkompeta f’kompetizzjonijiet varji li wassluh biex jiġi ċċertifikat minn kulleġġi differenti.

Wieħed mill-akbar suċċessi li kellu kien meta fl-1962 ikkwalifika fit-tielet post f’kompetizzjoni internazzjonali f’Londra fejn daqq l-akkordjan. Fl-1963, nhar il-11 ta’ Lulju, Mro. Tonna ġie elett Membru Assoċjat tal-Performing Right Society filwaqt li kompla l-istudji tiegħu taħt Mro. Abela A. Mus. L.C.M., L.R.S.M. Mro. Tonna ma kkwalifikax biss mill-Kulleġġ tal-Mużika f’Londra iżda kkwalifika wkoll mill-British College of Accordianists, mir-Royal School of Music u mit-Trinity College of Music. Minn dawn l-istituzzjonijiet hu kkwalifika b’distinzjoni.

Mro. Tonna għamel kors b’korrispondenza taħt Geoffrey Sayers B. Mus. (Dunelm), F.R.C.O, A.R.C.M., Hon. F.L.C.M. Ħa wkoll xi lezzjonijiet mill-magħruf Mro Carmelo Pace F.L.C.M., L.R.S.M., O.S.J. Apparti li kien ex-Direttur tal-Banda Lily, Mro. Tonna huwa magħruf għal bosta kompożizzjonijiet li jinkludu:

Marċi: First Occasion, Tunnel of Freedom, Surmastrijiet, Evviva l-Banda, Maryanne, Diana, Stephanie, Ta’ Gakbu, Maria, Silvana, Independence, Serenata, Lily, Schundelbert, Sweet Roses, L-Erba’ Surmastrijiet.

Marċi Militari: Montgomery, Back home from war, Load the Gun, Colonel Strickland, Sir Winston Churchill, General Eisenhower, Merhba.

Marċi Funebri: La Morte di Gesu’, Last Salut, A Mia Madre.

Overtures: Il Mondo

Masses: Missa Grande a Tre Voci: Tenore A, Tenore B, e Basso con Organo.

Dance Forms: Dark, Night, Marsa Allegra in Fa, Beneath the Moon, Cupid Love, Searching for Love, Teenager Samba, To Mary, John Polka, Teddy Boy Sound, Maltese Serenade, Anna Beguine, L-Ghasfur tal-Bejt, On the Hills (Masurka), Anna Polka, Samba del Tentazion, Serata (Slow Walze), Celestina (Moderate Walze), Walts Brillante, Il-Pitirross.

Contrapuntal: Gewwa l-Gnien, Round for two Sopranos and Contralto.

Fuga għall-Pjanu: Fuga in la Bemolle Maggiore, Fuga in Sol Maggiore