APPLIKAZZJONIJIET
Applikazzjoni: Kumitat Sezzjoni Soċjali
Applikazzjoni: Kumitat Sezzjoni Soċjali 2024-2025
REGOLAMENTI: KUMITAT SEZZJONI SOĊJALI 2023-2024
Regolamenti importanti sabiex intom il-membri tesserati u eliġibbli tkunu tistgħu tapplikaw għal sħubija fil-Kumitat tas-Sezzjoni Soċjali 2024-2025.
L-applikazzjoni, mimlija bid-dettalji kollha mitluba, għandha tingħata lis-Segretarju Ġenerali, is-Sur Julian Falzon, sa nhar il-Ħadd, 14 ta’ Lulju 2024 f’12:00. Laqgħa għall-applikanti kollha se ssir nhar it-Tnejn, 15 ta’ Lulju 2024 fis-19:30. Għaldaqstant, nitolbukom tieħdu nota ta’ dawn ir-regolamenti li se japplikaw fil-formulazzjoni tal-Kumitat il-ġdid tas-Sezzjoni Soċjali Madonna Tal-Ġilju 2024-2025:
- L-applikanti jridu jkunu membri tesserati tas-Soċjetà għal perjodu minimu ta’ sena.
- L-applikazzjoni hija kuntratt li jorbot lil kull applikant bir-responsabilità li daħal fiha mal-mument li kkommetta ruħu fil-Kumitat tas-Sezzjoni Soċjali.
- Kull applikant għandu jifhem li huwa obbligat li jokkupa kariga ta’ amministrazzjoni fil-Kumitat, jagħti servizz jew jaqdi delegazzjoni għall-festa.
- Il-Kumitat huwa obbligat li jitlob ir-riżenja immedjata ta’ membri li jkunu:
- Assenti mingħajr raġuni valida għal tliet laqgħat konsekuttivi jew aktar;
- Imsieħba f’organizzazzjonijiet li joħolqu kunflitt ta’ interess mas-Sezzjoni Soċjali;
- F’ċirkostanzi li l-Kumitat jaqbel li huma/jistgħu ikunu ta’ theddida għas-Sezzjoni Soċjali.