APPLIKAZZJONIJIET

Applikazzjoni: Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ 2024-2025

REGOLAMENTI: KUMITAT SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ 2024-2025

Regolamenti importanti sabiex intom il-membri tesserati u eliġibbli tkunu tistgħu tapplikaw għal sħubija fil-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ 2024-2025.

L-applikazzjoni, mimlija bid-dettalji kollha mitluba, għandha tingħata lis-Segretarju Ġenerali, is-Sur Julian Falzon, sa nhar il-Ħadd, 14 ta’ Lulju 2024 f’12:00. Laqgħa għall-applikanti kollha se ssir nhar it-Tnejn, 15 ta’ Lulju 2024 fis-19:30. Għaldaqstant, nitolbukom tieħdu nota ta’ dawn ir-regolamenti li se japplikaw fil-formulazzjoni tal-Kumitat il-ġdid tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna Tal-Ġilju 2024-2025:

  1. Il-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ se jkun qiegħed jinkorpora ħdax-il pożizzjoni miftuħa għaż-żewġ sessi mingħajr ebda restrizzjoni; minkejja dan, il-Kumitat Amministrattiv għandu d-dritt li jirrifjuta applikazzjonijiet ta’ kwalunkwe individwu mingħajr ebda riserva.
  2. L-applikanti jridu jkunu membri tesserati tas-Soċjetà għal perjodu minimu ta’ sena, b’età minima ta’ sittax-il sena magħluqa qabel is-sittax ta’ Lulju, u dik massima ta’ tletin sena magħluqa sas-sittax ta’ Lulju.
  3. L-applikazzjoni hija kuntratt li jorbot lil kull applikant bir-responsabilità li daħal fiha mal-mument li kkommetta ruħu fil-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ.
  4. Kull applikant għandu jifhem li huwa obbligat li jokkupa kariga ta’ amministrazzjoni fil-Kumitat jew jaqdi delegazzjoni għall-festa.
  5. Il-Kumitat huwa obbligat li jitlob ir-riżenja immedjata ta’ membri li jkunu:
  • Assenti mingħajr raġuni valida għal tliet laqgħat konsekuttivi jew aktar;
  • Imsieħba f’organizzazzjonijiet li joħolqu kunflitt ta’ interess mas-Sezzjoni Żgħażagħ;
  • F’ċirkostanzi li l-Kumitat jaqbel li huma/jistgħu ikunu ta’ theddida għas-Sezzjoni Żgħażagħ.

Fl-eventwalità li aktar minn ħdax-il membru japplikaw għal sħubija mas-Sezzjoni Żgħażagħ, il-grupp estiż jiġi sottomess għal elezzjoni f’liema għandu dmir jipparteċipa kull membru żagħżugħ tesserat mas-Soċjetà b’età massima ta’ tletin sena. Fil-każ ta’ elezzjoni, din issir fuq bażi ta’ ġurnata waħda ġewwa l-każin jew onlajn u mmexxija mill-Kummissjoni Elettorali maħtura għall-għan. Il-votazzjoni ssir nhar is-Sibt, 20 ta’ Lulju 2024, bejn 09:00-12:00 u 17:00-19:00. Il-membri tesserati u eliġibbli jkunu mħeġġa jivvutaw lill-applikanti tal-għażla tagħhom fuq bażi volontarja. F’dil-eventawalità, jingħataw aktar dettalji permezz tas-sit u l-midja soċjali uffiċjali tagħna. Grazzi u awguri!