APPLIKAZZJONIJIET
Applikazzjoni: Lily Juniors
Applikazzjoni: Lily Juniors 2023-2024
Il-Kumitat Sezzjoni Soċjali għandu l-unur iħabbar it-tiġdid tal-grupp Lily Juniors, l-iskola attiva u kreattiva li tħaddan fiha tfal b’etajiet minn 3 snin sa 11-il sena!
Taħt it-treġija tas-sezzjoni msemmija u b’għajnuna mid-diversi għaqdiet li joperaw fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, dal-grupp se jkompli jitrawwem fl-imħabba lejn ix- xogħol bla waqfien li jsir fi ħdan l-organizzazzjoni volontarja tagħna, permezz ta’ attivitajiet kulturali li jsiru tul is-sena taħt superviżjoni addattata, b’tagħlim u gost garantit, dejjem!
Jekk inti ġenitur jew gwardjan interessat, nitolbuk timla’ il-formola t’hawn taħt bid-dettalji mitluba. Aktar dettalji dwar l-attivitajiet li se jiġu organizzati se jinħarġu dalwaqt!
L-applikazzjonijiet se jagħlqu nhar il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu 2023 u se jkunu qegħdin jinġabru mis-Sinjura Gigliola Micallef; numru ta’ kuntatt: 7953 9542. Wara li jiġu evalwati l- applikazzjonijiet, se jsir kuntatt għall-ewwel attività. Grazzi!