APPLIKAZZJONIJIET

Applikazzjoni: Lily Youths 2024-2025

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju għandha l-unur tħabbar it-tiġdid tal-għaqda Lily Youths, li tħaddan fiha żgħażagħ adolexxenti b’etajiet minn 12 sa 17-il sena.

Għal sena oħra, l-applikanti ta’ dil-għaqda se jkomplu jinvolvu ruħhom fl-impennji bla waqfien tas- Sezzjoni Żgħażagħ, u se tkun dil-istess sezzjoni li se tmexxi lil dawn l-adolexxenti hekk kif taċċerta li l-għaqda sservi bħala pedament għall-futur ta’ dik li tibqa’ l-ewwel u l-aqwa Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa l-Imqabba!

L-applikanti eliġibbli u interessati li lesti jkunu parti minn dil-għaqda għandhom jimlew il-formola t’hawn taħt bid-dettalji mitluba.

L-applikazzjonijiet se jagħlqu nhar il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu 2024. Wara li jiġu evalwati l-applikazzjonijiet kollha, se jsir kuntatt mal-applikanti għall-ewwel laqgħa tagħhom. Grazzi!