APPLIKAZZJONIJIET

Jekk inti nteressat li tibda’ titgħallem il-mużika mal-Banda Madonna tal-Ġilju, imla dawn id-dettalji ta’ hawn taħt, ejja l-Każin (il-klassi tinsab fit-tieni sular: tista’ tuża l-lift u tagħfas in-numru 2) is-Sibt filgħodu bejn 08:00am u 12:00pm u ġġib miegħek ir-Referenza li tingħata meta timla’ l-formula t’ hawn taħt.  Tista’ tagħmel kuntatt magħna fuq [email protected] jew fuq 77406720.  Membru tal-Kummissjoni Banda jagħmlu kuntatt miegħek sabiex isiru l-arranġamenti meħtiega.

TAJJEB LI TKUN TAF …

Illum li titgħallem strument jiswielek għall-għoti taċ-Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fl-aħħar ħames sena ta-Sekondarja (dak li konna nsejħulu ‘School Leaving Certificate’).  Apparti dan, JobsPlus (il-korporazzjoni għat-taħriġ u x-xogħol) tinkoraġġixxi lil dawk kollha li jafu jdoqqu strument mużikali sabiex iniżżlu dan mal-lista tal-kwalifikazzjonijiet, ħiliet u t-talenti tagħhom meta jissottomentu C.V. għal kwalunkwe tip ta’ xogħol.