APPLIKAZZJONIJIET
Sejħa għall-Applikazzjoni fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju – Għalliem tal-Mużika (Sezzjoni tar-Ram)
Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju flimkien mal-Kumitat tal- Banda qiegħda jagħmel sejħa pubblika sabiex timtela’ l-pożizzjoni ta’ Għalliem tal-Mużika fi ħdan il-Banda tal-istess Soċjeta’. Ikklikkja hawn biex tapplika online.
L-Iskola tal-Mużika fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju
Il-Banda Madonna tal-Ġilju ilha mwaqqfa għal iktar minn 75 sena u dejjem uriet serjetà u determinazzjoni li tikber. Matul is-sentejn li għaddew is-Soċjetà embarkat fuq proġett ta’ tiġdid fi ħdan l- iskola tal-mużika fejn l-ewwel fażi kienet tirrikjedi bidla strutturali fl-infastruttura, fejn permezz ta’ fondi irnexxilna noħolqu ambjent komdu u atrezzat bl-aħħar teknoloġija biex jeżalta t-tagħlim tal-mużika u b’hekk naddattaw għall-futur. Bħal issa ninsabu lejn tmiem din l-ewwel fażi li rat it-twelid tas-Sala għall- Kunċerti u l-Konferenzi. Sala li hija ‘state of the art’ li ġiet maħduma b’sens ta’ addattament għall-futur.
Il-Futur – Aspettattivi u l-Għan ta’ dan il-Proġett
It-Tieni fażi ser tinvolvi bidla strutturali edukattiva fejn qegħda titħejja ‘Road Map’ għat-tagħlim tal- Mużika li jirriffletti is-seklu 21, dan wara konsulatazzjoni u paripassu mar-riċerka xjenitfika f’dan il-qasam ta’ Dr Jes Grixti. Permezz ta’ din l-ewwel sejħa, għall-ewwel darba ser inkunu qegħdin noffru żewġ għalliema tal-mużika li ser ikunu qegħdin jiffukaw fuq sezzjonijiet differenti ta’ strumenti fejn ser ikun hemm għalliem(a) għal strumenti tal-qasba u għalliem(a) fuq l-istrumenti tar-ram li għaliha qiegħda toħroġ din is-sejħa. Ir-‘Road Map’ ser twassalna sabiex nespandu iktar l-operat tal-iskola matul l-għaxar snin li ġejjin fejn ser niffukaw li jkollna 4 għalliema li jgħallmu fuq is-sezzjonjiet tar-ram, tal-qasba, tal- perkussjoni u kif ukoll t-teorija. L-għan aħħari ta’ dan il-proġett huwa li jġedded u jsaħħaħ din l-iskola tal- mużika bis-sehem tat-teknoloġija u metodoloġiji moderni li jwasslu għal riżultat aktar professjonali fil- proċess tat-tagħlim tal-mużika u b’hekk niżguraw li nkomplu nżommu ħajja din it-tradizzjoni fil-każini tagħna b’emfasi favur tagħlim aktar idoneju li jwassal għas-suċċess tal-istudenti anki f’karrieri mużikali b’mod permanenti.
X’jinvolvi l-irwol tiegħek?
- Interess fit-tagħlim mużikali komunitarju, b’emfasi li jinkludi l-istrumenti tan-nifs, u perkussjoni fl- ambjent tal-baned (windbands) Maltin, u l-ambjent li joperaw fih,
- Kapaċita’ teknika u pedagoġika inklussiva,
- Interess u abilità ta’ provi u direzzjoni mużikali f’każ ta’ bżonn u kif rikjest mill-amministrazzjoni tas- Soċjetà,
- Ħidma kollaborattiva bejn il-kollegi mużikali, l-amministrazzjoni u l-imsieħba soċjali.
X’jista jakkwistalek aktar punti?
- Kwalifiċi neċessarji fit-tagħlim u/jew tmexxija ta’ banda,
- Esperjenza fit-tagħlim u/jew tmexxija ta’ banda,
- Impenn ta’ aġġornament kontinwu mużikali u pedagoġiku.
Kriterji tal-Assessjar
- Kwalifikazzjonijiet Relatati (30 Punt) – [PhD – 30 punt, MMus – 25 punt, MA MPhil MTL – 20 punt, BMus – 15 punt, BA Music – 10 punti, FLCM – 8 punti, Licentiate – 7 punti, Associate, Wind Band Diploma – 6 punti, DipLCM ABRSM – 5 punti u Grade Eight – 4 punti],
- Kwalifikazzjonijiet Oħra (10 Punti),
- Esperjenza fit-Tagħlim (20 Punt),
- Preżentazzjoni Diġitali quddiem il-Bord (60 Punt) [Mhux aktar minn 5 minuti],
- Għarfien Professjonali, Etika u Attitudni (20 Punt),
- Preżentazzjoni (10 Punti),
- Mistoqsijiet oħra waqt l-intervista li l-bord jemmen li huma xierqa li jistgħu jikludu, iżda mhux biss, mistoqsijiet ta’ natura Soċjo-Kulturali rigward is-Soċjetà, Mużikali fil-kuntest tal-prassi mużikali fil-komunità,
- It-total tal-marki huwa 250 filwaqt li l-‘pass mark’ hija 150.
Il-Bord tal-Għażla
- Il-bord tal-għażla ser ikun magħmul minn 3 professjonisti, akkumpanjati minn membri oħra bħala osservaturi sa massimu ta’ 4,
- Il-bord jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjonijiet li fil-fehma tiegħu ma jkunux xierqa u/jew ma jilħqux l-istandards mitluba minn din is-sejħa.
© Copyright Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju’ u Dr. Jes Grixti 2022. Id-drittijiet kollha riżervati.