L-ewwel ċentinarju mill-wasla tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju
L-ewwel ċentinarju mill-wasla tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġie mfakkar fl-1976. Il-Banda Ġilju inawgurat il-festi b’marċ fit-8 ta’ Mejju. Il-programm kompla matul il-ġimgħa bis-sehem tal-1st Hamrun Boys’ Scouts Band, Duke of Argyll’s Own, Armed Forces Band u l-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq.
Fl-14 ta’ Mejju 1976 saret ċerimonja li għaliha attendew Sir Anthony Mamo, President tar-Repubblika u Arċisqof Mons Mikiel Gonzi. Wara d-diskors tal-President tas-Soċjetà Mro Julio Tanti, inkixfet irħam kommemorattiv fid-daħla tal-post. Minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, kollox mexa kif ippjanat, b’logħob tan-nar tal-ajru u tal-art.
Il-Festa Ċentinarja kompliet bi programm mużikali mill-Banda Ġilju lejlet il-Festa, flimkien mal-Marċ tradizzjonali ta’ Nofs il-Jum il-Ħadd 16 ta’ Mejju.