Golden Lilies

Fis-sittinijiet fl-Imqabba kien hawn żewġ kumpaniji teatrali li kienu jippreżentaw drammi, kummiedji, kif ukoll varjeta’ ta’ kant, żfin, sketches u makjetti biex iferrħu lin-nies ta’ l-Imqabba. Dak iż-żmien l-uniku divertiment kien ikun it-teatrin. iż-żewġ każini tal-Baned kienu jorganizzaw xi tip ta’ teatrin kull nhar ta’ Ħadd. Il-Każin Re Ġorġ V kellu l-Kumpanija ‘Awrora’ fejn kien itellgħa produzzjonijiet fis-sala ta’ l-istess Każin u l-Kumpanija li kien responsabbli għalijha l-Każin tal-Madonna tal-Ġilju kienet il-‘Golden Lilies’. Din il-kumpanija teatrali kienet ittellgħa produzzjonijiet fis-sala tal-maħżen fi Triq Santa Katerina.

L-ewwel direttur tal-‘Golden Lilies’ kien Carmelo Aquilina mis-Siġġiewi. B’ħafna sagrifiċċju personali għalih,kien jiġi mis-Siġġiewi biex irawwem żgħażagħ Imqabbin fl-arti tal-palk. Taħt id-direzzjoni tiegħu l-‘Golden Lilies’ tellgħat diversi drammi tajbin, fosthom ‘Lucilla t-tfajla ta’ Pompie’ li l-parti ewlwnija kienet f’idejn l-attriċi Ġina Camilleri.

Dak iż-żmien il-‘Golden Lilies’ għamlet ukoll l-ewwel suċċess tagħha bil-Kummiedja Mużikali ta’ Maestro Ciappara – ‘X’Kumbinazzjoni’ fil-konkors li sar fis-sala Parrokkjali ta’ Ħal-Luqa fejn ġie miksub it-tieni post.

Wara dan iż-żmien il-‘Golden Lilies’ għaddiet taħt id-direzzjoni ta’ Nicky Briffa li kompla jtellgħa produzzjonijiet fuq skala akbar u aktar ambizzjuża.

Fl-1969 il-kumpanija nbidlilha l-isem għal ‘COBRA film dramatic company’ u ġie maħtur kumitat biex imexxi din il-kumpanija teatrali. L-iskop kien biex l-attivita’ tikber u tibda toħroġ mir-raħal. Dak iż-żmien Nicky iżżewweġ lil Ġina Camilleri u ħafna mill-laqgħat tal-kumitat kienu jsiru fid-dar tagħhom f’ 7 Triq San Bażilju, Mqabba.

L-ambizzjoni dejjem tikber ta’ Nicky, attur u direttur, ma waqfitx hemm u għal darba oħra beda kumpanija ġdida bl-isem ‘RIBALTA MALTIJA’ u din bdiet ittellgħa produzzjonijiet fuq skala Nazzjonali.

L-esperiment irnexxa u Nicky beda jistieden żgħażagħ biex jipparteżipaw kemm mill-Każin ta’ Santa marija u kemm minn tal-Ġilju u b’hekk kull min kellu talent kellu l-opportunita li juriħ. Il-kumpanija daħlet għall-konkors fis-sala Dun Edgar fl-Imġarr bid-dramm ‘l-Imgħallaq bla Ħtija’, ippreżentat għadd ta’ drammi oħra bħal: ‘Iż-|ewġ Surġenti’, ‘Id-Dnub ma jorqodx’, ‘l-Għama’ u ‘l-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu’. B’din ta’ l-aħħar issir fis-sala De Porres tas-Sliema fl-1971 u wara fuq skala akbar fir-‘Radio City Opera House’ fl-1973 fejn kienu ħadu sehem aktar minn mitt persunaġġ. Wara komplew bi produzzjonijiet oħra fejn atturi magħrufa mħallta ma dawk anqas mgħarufa u taw produzzjonijiet fl-Istitut Kattoliku fl-1975.

Warda fit-Tieqa

Kulħadd Iridu!
09-10 MAR 2024

Warda fit-Tieqa

Warda fit-Tieqa
18 MAR 2023

Il-Mejtin ma’ jħallsux Taxxi
03 DIC 2016

Karmena Abdilla wara t-Tieġ

Karmna Abdilla wara t-Tieġ
01 NOV 2014

L-Imġarrbin
12 APR 2014

L-akbar Komplott
31 MAR 2012

Skruwġ
16 DIC 2006

Divorzju bi Prova
22 OTT 2006

Il-Mewt ta żewg Ulied
19 MAR 2005

Judas - Golden Lilies

Ġudas
08 APR 2001