Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza ikla bit-tema ta’ Pasta Night nhar is-Sibt 13 ta’ Novembru 2021, ġewwa l-Każin tal-Ġilju.
Donazzjoni għal din l-attività ser tkun ta’ €10 għal tfal taħt it-12 -il sena, u dik ta’ €12 għall-kbar.
Din l-attività se tkun konformi mar-regolamenti u l-protokolli maħruġa u aġġornati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, li jinkludu :
Obbligu li jintwera ċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex tattendi għal din l-attività.
L-ilbies tal-maskli waqt l-attività kollha, ħlief meta wieħed ikun bilqiegħda madwar il-mejda.
L-użu tas-‘sanitizers’ provduti.
Tittieħed it-temperatura mill-membri tagħna, li trid tkun anqas minn 37.2 grad.
Kull min jattendi se jintalab jagħti dettalji għall-contact tracing.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!