Politika tal-Privatezza
Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba u ġiet aġġornata f’Lulju 2020.
Status ta’ konformità
Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba timpenja ruħa li jagħmel is-servizzi online fuq il-portal tagħha għal kulħadd. Għandna bażi ta’ utenti nazzjonali u globali u aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibilità tas-servizzi tagħna b’enfasi fuq ir-rekwiżiti kontra d-diskriminazzjoni tal-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) tal-2000 (EOA).
Proċess ta’ konformità
Il-portal tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba huwa mfassal biex jaħdem ma’ Internet Explorer 11 (billi juża l-aħħar verżjoni ta’ Silverlight) u l-iktar żewġ verżjonijiet riċenti ta’ browsers Firefox u Chrome.
Bħala parti minn dan l-isforz, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba aderixxiet mal-istandards ta’ aċċessibilità EN310549 u l-linji gwida WCAG2.0. Ir-riżorsi u l-prodotti online tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll programmatikament għall-konformità mal-linji gwida AA WCAG 2.0 Level AA. Il-Portal tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba b’mod partikolari huwa mfassal biex jaħdem tajjeb u jkun aċċessibbli meta jkun aċċessat bi prodotti ta’ hardware u software aġġornati kif xieraq.
Billi jagħraf li l-aderenza mal-istandards u l-linji gwida waħedha ma tistax tiżgura li prodott ikun aċċessibbli, id-DOI jwettaq ukoll evalwazzjonijiet tal-użabilità b’kollaborazzjoni ma’ persuni b’diżabilità, sabiex jiġbor ir-reazzjonijiet meħtieġa. Aħna nagħmlu ħilitna biex nimplimentaw aċċessibilità għal mezzi ta’ informazzjoni li huma pprovduti permezz ta’ pjattaformi ta’ partijiet terzi kull fejn possibbli.
Miżuri ta’ aċċessibilità
Il-portal tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba ma jużax widgets tat-tipa, tat-tkabbir u tal-modifika tal-kulur. Dan għaliex nemmnu li din il-funzjonalità hija diġà integrata fil-biċċa l-kbira tal-browsers tal-web jew hija disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins differenti li utenti varji huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. B’riżultat ta’ dan, dawn il-klassifikazzjonijiet tal-utenti arbitrarji huma disponibbli għal ħafna mis-siti elettroniċi. Sabiex nippermettu dan il-livell ta’ adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma’ dawn il-modifiki tal-utent.
Minbarra l-linji gwida msemmija hawn fuq u bħala parti minnhom, il-portal tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba jimplimenta l-karatteristiċi ta’ aċċessibilità li ġejjin:
- Ġerarkija konsistenti tal-intestatura HTML u t-tqassim tal-informazzjoni fuq paġni tal-web differenti
- Il-kontenut ta’ informazzjoni huwa organizzat fil-listi HTML kull fejn applikabbli
- Script li jenfasizza link focus sabiex jingħataw għejun viżwali għal utenti esklużivi tat-tastiera
- Faċilità ta’ RSS fuq ċertu kontenut ta’ interess
- It-titlu tal-immaġni, alt tag u caption kull fejn din l-informazzjoni hija relevanti u utli
- Jimmassimizza l-kuntrast tal-kulur għal test fejn applikabbli
- It-test tal-ħolqa attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utent fejn il-ħolqa tintwera
Kontenut mhux aċċessibbli
Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba mhux konxju ta’ kontenut speċifiku mhux aċċessibbli jew kwistjonijiet ta’ aċċessibilità fuq il-portal taghha. Jekk tidentifika tali kontenut, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt provduti hawn taħt. F’każ bħal dan, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba għandha l-għan li joħloq Pjan Direzzjonali dwar ir-Rimedjazzjoni tal-Aċċessibilità (ARR). L-ARR jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwistjoni ta’ aċċessibilità u biex il-prodott ikun konformi mal-EOA, inkluża l-iskeda antiċipata għat-tlestija ta’ dan l-għan. Biex tibda proċess ta’ Rimedjazzjoni għall-Aċċessibilità jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba fuq in-numru tat-telefown jew l-indirizz elettroniku li jidhru hawn taħt.
Rispons u dettalji tal-kuntatt
Inevitabbilment, aħna ġeili niżbaljaw ukoll. Aktar ma jkollna servizzi u riżorsi fuq l-internet, aktar ikun hemm ċans li ma nintebħux b’xi problemi, imma nibqgħu impenjati li nindirizzaw fil-pront kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċess. U hawn huwa fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultà biex taċċessa l-portal tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba, jew ikollok problemi biex tuża xi aspett tal-portal, nixtiequ li tgħarrafna.