Politika tal-Privatezza
Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta minnek b’mod volontarju.
Abbażi tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna dedikati li nonoraw dan id-dmir. Se jittieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat. Aħna ma ngħaddu l-ebda dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur u/jew utent lil xi terza persuna, sakemm ma nkunux hekk awtorizzati bil-kunsens tiegħek jew kif awtorizzati skont il-liġi.
Il-lista tar-regoli (‘Il-Policy’) tista’ tkun aċċessibbli faċilment permezz ta’ link li tkun fil-qiegħ ta’ kull paġna tas-sit.
Kif nipproċessaw data personali?
Waqt il-proċess ta’ sottomissjoni ta’ formoli fuq is-sit indirizzati lilna, aħna nistgħu niġbru informazzjoni personali. F’każijiet bħal dawn, is-sit jintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li tinkiseb permezz ta’ dawn il-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lil-kumitat rilevanti. F’dan il-każ, il-perjodu taż-żamma tas-servizz inkwistjoni jkun japplika.
2) Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni
Is-server tas-sit iżomm informazzjoni limitata dwar Indirizzi IP jew il-lok tal-kompjuter tiegħek fuq l-internet, għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għal skopijiet ta’ soluzzjoni ta’ problemi. Aħna ma nużawx informazzjoni dwar l-Indirizzi IP biex insegwu x’qed tagħmel jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.
3) Kuntatt/Feedback
Meta jintużaw is-servizzi online ta’ dan is-sit elettroniku, is-suġġetti tad-data jistgħu jkunu mitluba li jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt u komunikazzjoni. L-informazzjoni kollha u d-data personali li inti tipprovdilna fil-formola ta’ Kuntatt/Feedback tista’ tiġi pproċessata biss għall-iskop strett li nirrispondu għat-talba personali tiegħek.
Il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni żgħira li s-sit jittrasferixxi fuq il-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta dan iżur is-sit. Dan is-sit jagħmel użu limitat ta’ cookies u għaldaqstant, għal iktar tagħrif, qed nistednuk biex tara l-Cookies Policy tagħna.