Stqarrija Pubblika: Ftuħ mill-Ġdid tal-Każini

TalGilju Club Facade

B’referenza għall-komunikat maħruġ il-bieraħ it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2020 mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Pubbliku fejn il-bottegini tal-Każini jistgħu jerġgħu jiftħu min-nhar il-Ġimgha 22 ta’ Mejju 2020, il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jixtieq jinforma lis-Soċi u Partitatrji li għalissa, l-bottegin u l-Każin ser jinżammu magħluqa minħabba xogħol ta’ rinnovar li għaddej fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba.

Qegħda ssir ħidma wkoll sabiex jiġu rispettati r-restrizzjonijiet imposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, għal meta l-Każin u l-Bottegin jerġgħu jiftħu mill-ġdid. Dan qegħdin nagħmluh sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd u l-bottegin ikun konformi mal-miżuri li ġew imħabbra.

Hekk kif inkunu f’pożizzjoni li nerġgħu niftħu l-Każin, ser isir komunikat ieħor. Filwaqt li nittamaw li nerġgħu niftħu fl-iqsar żmien, nitolbukom tifhmu l-pożizzjoni tagħna. #staysafe

Kumitat Amministrattiv
Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba