Marċ tal-Ġimgħa 2008

Friday March Festa 2008

Il-filmat tal-lum juri l-isbaħ partijiet mill-Marċ tant mistenni tal-Ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2008. Bis-sehem tal-ewwel Banda Imqabbija, punt fokali ta’ dan il-marċ kien l-inawgurazzjoni tal-umbrellun artisitku maħdum mill-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju u juri erbgħa pitturi meħudin mill-Litanija ta’ Loreto, xogħol l-artist Imqabbi u Partitarju s-Sur Rosario Zammit.

Bħal kull sena, l-qofol ta’ dan il-Marċ jintlaħaq bit-tlugħ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-kant fost il-briju u kant devozzjonali mill-ġemgħa miġbura.