🎥 L-armar tal-Plancier Meravilja

Dan il-filmat juri il-proċess tal-armar tal-Planċier Meravilja l-ewwel darba propju fis-sena tal-inawgurazzjoni tiegħu fl-1995 fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-50 sena mit-twaqqif tal-ewwel Banda Imqabbija.

Ta’ kull sena, din l-opra monumentali baqgħet tissebbaħ u għalhekk, fit-tieni parti jidher wieħed mill-Membri tal-Kummissjoni Planċier, is-Sur Charles Sacco jispjega x-xogħol li kien sar fuqu sentejn wara l-inawgurazzjoni fl-1997.